Sport Sport Ieħor

Novak Djokovic u Marin Cilic mal-aħħar 16 tal-Open tal-Istati Uniti

(Ritratt: EPA)

Novak Djokovic jinsab mal-aħħar 16 tal-Open tal-Istati Uniti wara li rebaħ kontra l-Franċiż Richard Gasquet 6-2, 6-3, 6-4 fl-Arthur Ashe Stadium. B’hekk baqgħet il-possibbiltà li r-rebbieħ tal-2011 u l-2015 jilgħab kontra Roger Federer fil-kwarti tal-finali. Din kienet it-13-il rebħa minn 14-il konfront kontra Gasquet.

“Kienet logħba tajba mill-bidu sal-aħħar. Ovvjament fit-tielet set Richard għolla l-livell. Il-folla preżenti kienet brillanti lejn tmiem il-logħba,” qal is-Serb. Djokovic rebaħ l-ewwel żewġ sets kontra Gasquet iżda kellu jissielet żewġ break points meta kien 3-2 minn fuq fit-tielet set.

L-eks champion Marin Cilic għadda għar-raba’ rawnd wara logħba iebsa kontra l-Awstraljan ta’ 19-il sena Alex De Minaur, f’partita li ntemmet f’waħda mill-aktar ħinijiet tard fl-istorja tal-Open tal-Istati Uniti.

Il-Kroat rebaħ 4-6, 3-6, 6-3, 6-4, 7-5 fit-tmien match point li kellu kontra De Minaur, li matul l-istaġun tejjeb il-kwalità tiegħu. Il-logħba kienet erba’ minuti bogħod mir-rekord ta’ ħin li spiċċat logħba. Cilic se jilgħab kontra s-sid numru 10 David Goffin fir-rawnd li jmiss.

Tags