Raġel ta’ 28 sena mid-Danimarka sofra ġrieħi ta’ natura gravi wara li għal xi raġuni, ilbieraħ, tilef il-kontroll tal-quadbike li kien qed isuq.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-15:00 fi Triq il-Kosta, Baħar iċ-Ċagħaq.
Ir-raġel ittieħed l-isptar għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li l-passiġġiera li kienet riekba miegħu ma sofriet l-ebda ġrieħi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.
//= $special ?>