Futbol Sport

Roberto Mancini jsejjaħ l-iskwadra proviżorja Taljana għaż-żewġ impenji tal-UEFA Nations League

Roberto Mancini (Ritratt: EPA)

Il-kowċ nazzjonali Taljan Roberto Mancini sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 31 plejer għaż-żewġ partiti li l-Italja għandhom mill-UEFA Nations League. Wara t-telfa ta’ kważi sena ilu kontra l-Iżvizzera se jirritorna d-difensur Giorgio Chiellini.

L-Italja se tiftaħ l-impenji tagħha fil-UEFA Nations League l-Ġimgħa 7 ta’ Settembru kontra l-Polonja fi Stadio Dall’Ara ta’ Bologna u tlett ijiem wara jaffrontaw liċ-champions tal-Ewropa l-Portugall f’Lisbona.

Għall-ewwel darba, Mancini sejjaħ lill-gowlkiper ta’ Cagliari Alessio Cragno, lid-difensuri ta’ Spal u Fiorentina Manuel Lazzari u Cristiano Biraghi, lill-midfielder ta’ Roma Nicolò Zaniolo u l-attakkant Pietro Pellegri.

It-tim nazzjonali Taljan iltaqa’ ilbieraħ f’Coverciano u se jibda jitħarreġ illum qabel mal-Ħamis imorru lejn Bologna biex jippreparaw għall-partita kontra l-Polonja.

Skwadra proviżorja

Gowlkipers: Alessio Cragno (Cagliari), Gianluigi Donnarumma (Milan), Mattia Perin (Juventus), Salvatore Sirigu (Torino)

Difensuri: Cristiano Biraghi (Fiorentina), Leonardo Bonucci (Juventus), Mattia Caldara (Milan), Giorgio Chiellini (Juventus), Domenico Criscito (Genoa), Emerson Palmieri (Chelsea), Manuel Lazzari (Spal), Alessio Romagnoli (Milan), Daniele Rugani (Juventus), Davide Zappacosta (Chelsea)

Midfielders: Nicolò Barella (Cagliari), Marco Benassi (Fiorentina), Bryan Cristante (Roma), Roberto Gagliardini (Inter), Jorginho (Chelsea), Lorenzo Pellegrini (Roma), Nicolò Zaniolo (Roma)

Attakkanti: Mario Balotelli (Nice), Andrea Belotti (Torino), Domenico Berardi (Sassuolo), Federico Bernardeschi (Juventus), Giacomo Bonaventura (Milan), Federico Chiesa (Fiorentina), Ciro Immobile (Lazio), Lorenzo Insigne (Napoli), Pietro Pellegri (Monaco), Simone Zaza (Torino)