Il-Britanniku Simon Yates tela’ fil-quċċata tal-klassifika ġenerali hekk kif l-Amerikan Benjamin King rebaħ id-disa’ stadju u kiseb it-tieni rebħa f’din l-edizzjoni. Yates spiċċa d-disa’ fil-ġurnata fejn 11-il ċiklist bnew vantaġġ qabel King inqata’ biex kiser ir-rebħa.
Iċ-ċiklist ta’ 29 sena għeleb lil Bauke Mollema bi 48 sekonda fi tmiem fuq il-muntanja. Dylan Teuns daħal it-tielet żewġ minuti u 38 sekonda wara King.
King kien għaqli biex b’19-il kilometru għat-tmiem inqata’ mill-grupp li kien bena vantaġġ ta’ disa’ minuti fuq il-kumplament taċ-ċiklisti b’32 kilometru għat-tmiem.
B’dan ir-riżultat, Yates tela’ fuq quddiem b’vantaġġ ta’ sekonda fuq Alejandro Valverde u 14-il sekonda qabel Nairo Quintana. Yates li għandu 26 sema spiċċa fis-sitt post f’La Vuelta ta’ sentejn ilu iżda qatt ma rebaħ dan it-Tour. Mhux l-istess jista’ jingħad għal Valverde li rebaħ dan l-avveniment fl-2009 u Nairo Quintana li rebaħ La Vuelta darbtejn.
Kif spiċċaw id-disa’ stadju
1. Benjamin King 5:30.38
2. Bauke Mollema +0.48
3. Dylan Teuns +2.38
4. Miguel Angel Lopez +2.40
5. Nairo Quintana +2.40
6. Wilco Kelderman +2.40
7. Rigoberto Uran +2.43
8. Jon Izaguirre +2.46
9. Simon Yates +2.49
10. George Bennett +3.02
Klassifika Ġenerali
1. Simon Yates 36:54.52
2. Alejandro Valverde +0.01
3. Nairo Quintana +0.14
4. Emanuel Buchmann +0.16
5. Ion Izagirre +0.17
6. Tony Gallopin +0.24
7. Miguel Lopez +0.27
8. Rigoberto Uran +0.32
9. Steven Kruijswijk +0.43
10. George Bennett +0.48
//= $special ?>