Madwar 400 persuna ħarbu minn ħabs fil-kapitali Libjana hekk kif fl-aħħar 24 siegħa kompla jeskala l-ġlied bejn il-fazzjonijiet differenti. Il-ħarba seħħet minn ħabs fin-naħa t’isfel ta’ Tripli.
Jidher li l-priġunieri żgassaw xatba tal-ħadid fil-ħabs ta’ Ain Zara, bil-gwardjani Libjani isibuha impossibbli li jwaqqfuhom.
Fl-aħħar ġimgħa s-sitwazzjoni fil-Libja kompliet ditteterjora, bin-numru ta’ mejta jlaħħaq 47. Il-feruti huma madwar 150.
In-Nazzjonijiet Uniti sejjħu għal laqgħa urġenti fi Tripli biex tiġi ndirizzata din is-sitwazzjoni, liema laqgħa se ssir għada.
//= $special ?>