Lokali Qorti

Akkużati li ħadmu n-nar illegalment

Żewġt irġiel tressqu l-Qorti akkużati li mportaw logħob tan-nar illegalment kif ukoll li kienu qed iħaddmu kamra tan-nar b’mod illegali f’għalqa fil-Gudja. Peter Theuma u ħuh Andrea Theuma ta’ 69 u 67 sena rispettivament kienu arrestati s-Sibt li għadda wara li l-Pulizija ingħataw informazzjoni anonima.

Iż-żewġt irġiel wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom. Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace, laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €8,000 kull wieħed.

L-Avukati Arthur Azzopardi u Jason Azzopardi dehru għall-akkużati.