Netnews.com.mt ilu għal dawn l-aħħar ġranet ta kuljum jirċievi lmenti mingħand nies li qed imorru d-Dipartiment tad-Dentistrija fl-isptar Mater Dei u jintbagħtu lura d-dar hekk kif qed jipprersistu l-azzzjonijiet tal-ħaddiema ta’ dan id-Dipartiment.
Jean Paul Gauci, kelliem għall-UĦM Voice of the workers qalilna li l-Gvern baqa għal kollox passiv fid-dawl tal-azzjonijet tad-Dipartiment tad-Dentistrija minkejja l-wegħda li se jkunu qed isiru kontraproposti minn naħa tiegħu.
Id-dentisti fuq bażi full time fid-dipartiment niżel minn 25 għal 9 fi żmien tmien snin hekk kif dentisti li qed jiggradwaw ġodda mhumiex jagħżlu li japplikaw biex jaħdmu fl-isptar Mater Dei. Dan qed jiġri riżultat dirett tal-kundizzjonijiet tad-dentisti, li ilhom numru ta’ snin ma jaraw titjib. Dan minbarra l-fatt li x-xogħol tad-dipartiment żdied hekk kif żdiedu s-servizzi provduti. Huwa għalhekk li l-waiting lists f’dan id-dipartiment qegħdin kull ma jmur jitwalu.
Gauci qalilna li fid-dawl ta’ dan, il-Union ma kellhiex għażla oħra ħlief li tordna azzjonijiet industrijali sakemm jintlaħaq ftehim mal-gvern.
Id-dentisti qed jaraw biss każijiet ta’ emerġenza – każijiet ta’ nefħiet, dmija, u daqqiet.
Fl-2008 kien sar addendum fuq l-aħħar ftehim li kien intlaħaq għall-ħaddiema ta’ dan id-dipartiment, fejn tjiebu xi kundizzjonijiet u sar ftehim li ssir laqgħa oħra biex jintlaħaq ftehim ġdid.
Minn dak iż-żmien, kien hemm numru ta’ laqgħat li iżda dejjem jieqfu ħersrem bla ftehim.
Gauci qalilna li l-azzjonijiet se jibqgħu għaddejjin sakemm tirċievi kontraproposti aċċettabbli minn naħa tal-gvern.
//= $special ?>