Il-Kunsill Laburista ta’ Marsaskala kkonferma li l-Gvern li Jisma’ mhux jisma’ lanqas lill-Kunsilli mmexxija mill-Partit Laburista stess.
Dan hekk kif dan il-Kunsill wieġeb għall-istorja ppubblikata minn NETnews.com.mt dwar ammont qawwi ta’ drenaġġ li qed ikun ta’ inkonvenjent fil-Bandli li jinsabu fi Pjazza Mifsud Bonnici.
Fi stqarrija, il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala qal li kien ħa azzjoni billi avża lill-awtoritajiet b’din is-sitwazzjoni. Madankollu, ikkonferma li l-Gvern baqa’ ma ħax azzjoni, tant li d-drenaġġ issa ilu joħroġ b’mod kontinwu għal aktar minn ġimgħatejn.
Il-Kunsill Lokali Laburista kompla li hekk kif għadha ma ttieħdet l-ebda azzjoni konkreta, se jibqa’ jagħmel il-pressjoni ħalli dan l-inkonvenjent ikun solvut mill-aktar fis. Dan hekk kif il-Kunsill ikkonferma dak rappurtat minn NETnews.com.mt dwar l-inkonvenjent li d-drenaġġ qed joħloq għal kulmin jiffrekwenta dak il-post pubbliku.
//= $special ?>