Internazzjonali

Il-Mużew Nazzjonali tal-Brażil jinqered minn nirien

Dan il-Mużew kien ilu li fetaħ 200 sena

Nirien kbar ħakmu l-Mużew Nazzjonali Brażiljan il-Ħadd filgħaxija, bil-pumpiera għadhom sa dal-ħin jissieltu mal-fjammi li belgħu din il-binja antika f’Rio de Janeiro.

Jidher li n-nar qered kompletament il-Mużaw Nazzjonali, li hu l-eqdem istituzzjoni xjentifika fil-pajjiż. Dan ifisser li ħafna mill-kollezzjonijiet ta’ fossili, arti u dokumenti intilfu. Uħud minn dawn il-kollezzjonijiet imorru lura mijjiet ta’ snin.

In-nar ma kkważa l-ebda vittmi, u sa issa għadu mhux ċar kif infirxu dawn il-fjammi.

Fil-passat din il-binja kienet tospita lill-familja Rjali Portugiża.