Lokali

Is-sitwazzjoni tal-kirjiet hija preokkupanti

Is-sitwazzjoni tal-kiri u x-xiri tal-propejtà f’Malta saret preokkuppanti, u llum is-sitwazzjoni hi agħar milli kienet żmien ilu.

Qal dan id-Direttur il-ġdid tal-Caritas Anthony Gatt f’intervista mal-ġurnalist u Editur Joe Cassar fil-gazzetta il-mument.

Meta kien qed jitkellem dwar l-isplużjoni tal-prezzijiet tal-kiri u konsegwentament anke tax-xiri tal-propjetà, Anthony Gatt qal li meta nħatar Direttur tal-Caritas, beda jirċievi telefonati, emails u messaġġi minn nies li ma jafhomx – b’appelli biex il-Caritas taħdem fuq li-problemi kemm tal-kiri.

Anthony Gatt li hemm faxex ta’ nies li qed ibatu ħafna peress li għandhom dħul baxx u fl-istess waqt iridu jħallsu kera sostanzjali. Hu rrakkonta dak li qaltlu persuna li qed ikollha tur tiekol f’Dar Papa Franġisku għax jekk ma tagħmilx hekk, tispiċċa ma tikolx peress li l-flus kollha tagħha qed imorru biex tħallas il-kera li għandha. Gatt esprima l-biża’ tiegħu li ‘l quddiem se naraw iktar nies bħal dawn.

F’esperjenza oħra li rrakkonta, id-Direttur tal-Caritas qal li hemm min anke qed jiddeċiedi li ma jbigħx lill-Maltin biex ibigħ lill-barranin biss. Żied jgħid li f’dan l-iżvilupp ekonomiku, hemm nies li qed jistgħanu u nies li qed jitgħaffġu.

“Min għandu l-propjetà xi jbigħ jew x’jikri, qed jaqlagħha sew, imma min hu fuq il-faxxa l-oħra kostrett li jixtri jew jikei, imqar post żgħir, jinsab nieżel ‘l isfel b’rata mgħaġġla fil-kwalità tal-ħajja tiegħu,” temm jgħid id-Direttur tal-Caritas.