Nhar il-Ġimgħa li għadda għalaq iż-żmien li kellu għad-dispożizzjoni tiegħu il-Ministru Chris Cardona biex jerġa jiftaħ il-kawża ta’ libell kontra Daphne Caruana Galizia dwar il-każ Acapulco.
Cardona waqqa dan il-każ minkejja l-insistenza tiegħu li Caruana Galizia kienet qed tigdeb dwaru. Fi blog li kitbet f’Jannar tal-2017, Caruana Galizia allegat li Cardona żar burdell f’Velbert, il-Ġermanja, waqt li kien qiegħed fuq żjara uffiċċjali bħala Ministru għall-Ekonomija.
Il-Ministru kien oġġezzjona għat-talba ta’ Caruana Galizia biex jiġu esibiti rekords tal-mobile tiegħu sabiex jiġi stabbilit fejn kien waqt il-perjodu taż-żmien li kien allegat dwaru li kien fil-burdell.
Bl-għażla li ma jkomplix bil-kawża, Cardona issa jkun mistenni li jħallas l-ispejjeż kollha marbuta ma’ din il-kawża, inkluż l-ispejjeż tal-familja Caruana Galizia.
//= $special ?>