Futbol Sport

Jordan Henderson iġedded il-kuntratt ma’ Liverpool

Jordan Henderson assigura l-futur tiegħu ma’ Liverpool hekk kif iffirma kuntratt ġdid ta’ ħames snin. L-internazzjonali Ingliż ilu ma’ Liverpool għal seba’ snin wara li ngħaqad magħhom mingħand Sunderland fl-2011 u sar il-captain tat-tim fl-2015 wara li Steven Gerrard ħalla l-klabb.

“Kuntent ħafna li ffirmajt kuntratt ġdid għal perjodu twil. Ma jidhirx li ilu ħafna meta ffirmajt l-ewwel kuntratt u jidher li qisu lbieraħ veru, imma ġraw ħafna affarijiet minn dakinhar.”

Henderson kompla li għalih kien vjaġġ ta’ progress li ħa pjaċir fih. Hu żied li m’hemmx post ieħor fid-dinja aħjar minn Liverpool biex jilgħab il-futbol u jrid li jibqa’ mal-klabb kemm jista’ jkun. Il-midfielder Ingliż qal li hu privileġġat li jkun parti minn dan il-klabb għal dan iż-żmien kollu u jittama li ż-żmien tiegħu mal-klabb ikompli jitwal.

Il-manager tal-klabb Jurgen Klopp żied li din l-aħbar mhix sorpriża. Hu kompla li Henderson hu s-simbolu ta’ xi tfisser li tkun plejer ta’ Liverpool fl-era moderna tal-futbol. Henderson lagħab ma’ Liverpool 283 logħba u skorja 24 gowl.