Il-klabb Russu Zenit St Petersburg iffirmaw lill-midfielder Claudio Marchisio wara li ftit aktar minn ġimagħtejn ilu nħall mill-kuntratt li kellu ma’ Juventus. Il-plejer ta’ 32 sena lagħab għal 13-il staġun ma’ Juventus u lagħab total ta’ 55 logħba mat-tim nazzjonali Taljan.
Fl-ewwel kummenti li għadda lis-sit uffiċjali tal-klabb, Marchisio qal li jogħġbu l-klabb u l-ambizzjoni li għandu. Hu żied li meta ħalla lil Juventus wieħed li mhux se jingħaqad ma’ klabb ieħor Taljan u ried isib klabb li għandu l-istess valuri tiegħu.
Il-midfielder rebaħ is-Serie A seba’ darbiet ma’ Juventus u se jkun qed jingħaqad ma’ Zenit bit-tama li l-klabb jirbaħ il-kampjonat Russu għall-ewwel darba mill-2015.
//= $special ?>