Kunsilli Lokali Lokali Transport

Tingħalaq triq fis-Swieqi bla konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali

Il-Kunsill tas-Swieqi jibqa' dejjem disponibbli biex jgħin lir-residenti u jkun il-vuċi tagħhom

Il-Kunsill Lokali tas-Swieqi ħareġ stqarrija fejn ikkunadanna n-nuqqas ta’ konsultazzjoni minn naħa tal-Gvern li mhux jagħti kas ir-residenti. Il-Kunsill ħareġ din l-istqarrija wara l-inkovenjent li nħoloq hekk kif il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għalqet Triq il-Madliena għal numru ta’ ġranet mingħajr ma talbet il-permess meħtieġ, kif hija n-norma.

Triq il-Madliena hi triq prinċipali u l-għeluq tagħha ħolqot inkonvenjent kbir għar-residenti minħabba nuqqas t’aċċess.

Il-Kunsill kompla jgħid li dan in-nuqqas ta’ konstultazzjoni minn naħa tal-Gvern issa sar in-norma, minkejja li l-Kunsill dejjem ikkopera mal-Gvern għall-ġid tal-komunita’. L-istqarrija tkompli tgħid li dan l-aġir mhu xejn għajr arroganza li min għandu s-saħħa jibqa’ għaddej minkejja kollox.

Il-Kunsill appella lill-Gvern u lill-Korporazzjoni biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni kemm jista jkun malajr minn dan l-inkonvenjent bla bżonn u flimkien mal-kunsill tinstab soluzzjoni li ma tikkaġunax tbatija żejda lir-residenti.

L-istqarrija ttem tgħid li l-Kunsill jibqa’ dejjem disponibbli biex jgħin lir-residenti u jkun il-vuċi tagħhom, filwaqt li jżommhom dejjem fiċ-centru tal-ħidma tiegħu.