Lokali

Wara l-operazzjoni tal-lum, Bjorn qed iħossu “ħafna aħjar”

Bjorn Formosa, il-moħħ wara l-organizzazzjoni ALS Malta li qed tgħin lil dawk li qed ibatu minn din il-kundizzjoni, qam mill-operazzjoni li saritlu matul il-ġurnata tal-lum.

Fuq Twitter, hu ppubblika ritratt tiegħu ma’ martu Maria, fejn qal li wara li qam mill-operazzjoni li saritlu, qed iħossu “ħafna aħjar”.

Fi kliemu, Bjorn iddikjara li sa minn għada stess se jkompli b’ħidmietu biex jiftaħ it-tieni Dar Bjorn “akbar u aktar moderna”.