Lokali

27,326 membri f’soċjetajiet mużikali – NSO

Riċerka li ssir mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika jirriżulta li fis-sena 2017 kien hemm 27,326 membri f’soċjetajiet mużikali. Dan filwaqt li iktar minn kwart tal-membri fil-baned kienu nisa.

Filwaqt li kien hemm 2,242 bandisti ma’ għaqdiet tal-baned, 1,282 persuna kienu qed jitgħallmu xi tip ta’ strument matul l-2017.

B’kollox fis-sena 2017 kien hemm tnaqqis ta’ 162 membru fuq is-sena ta’ qabel, dan minħabba tnaqqis fl-interess biex żgħażagħ jitgħallmu xi strument mużikali.

L-akbar ammont ta’ membri f’socjetajiet muzikali  jinstabu fix-Xlokk ta’ Malta.

Fis-sena 2017 kien hemm iktar minn 1,200 servizz li ngħataw minn baned Maltin. Meta kumparat mal-2014, s-servizzi mill-baned żdiedu b’7.3%.

Matul is-sena kien stmat li dawn is-soċjetajiet nefqu iktar minn €4 miljun, jiġifieri żieda ta’ 18.6% meta kumparat mal-2014. 35.9% minn dik is-somma ta’ flus kienet biex jitħallsu l-bandisti.

Fl-2017 s-soċjetajiet mużikali bejniethom daħlu madwar €5.1 miljun, żieda ta’ 37.8% meta kumparat ma’ 4 snin ilu. Baned li jinsabu fix-Xlokk ta’ Malta irreġistraw l-għola nfieq u dħul.

Id-donazzjonijiet minngħad il-pubbliku huma sors importanti ta’ dħul għall-baned.

In-nefqa medja għall-kull Soċjeta Mużika kienet ta’ madwar €44,516 intefqu, madwar €7,000 iktar minn 4 snin ilu. Imma fl-istess waqt żdied ukoll id-dħul għal b’żieda b’madwar €15,523.