Lokali Saħħa

FILMATI: “Se noffri taħriġ lil nies bla saqaf fuq rashom”

Irid jgħin lin-nies vulnerabbli

“Smajt bil-problemi tal-homesless f’Malta, u rrid ngħid”. Hekk stqarr il-fitness instructor John Spartan f’messaġġ fuq Facebook fejn ħabbar li lest joffri taħriġ fiżiku għal nies li m’għandhomx saqaf fuq rashom jew li inqabdu fil-morsa tal-faqar.

“Jekk għaddej minn perijodu ħażin, ejja is-Sibt fid-9am fejn se noffri t-taħriġ b’xejn”, qal John fil-messaġġ tiegħu. Dan it-taħriġ se jsir is-Sibt f’Tigne’, u hu maħdum b’mod li jgħin lill-individwu mhux biss fiżikament iżda anke mentalment.