Lokali

Imut l-eks kandidat Laburista Anglu Psaila

Kmieni dalgħodu miet l-eks kandidat Laburista Anglu Psaila. Il-Professur Psaila kellu 81 sena.

L-aħbar ingħatat fi Tweet mill-Ministru tas-Saħħa.

Psaila kien espert tal-qalb u speċjalista fil-kura tat-tfal, filwaqt li ta kontribut kbir fi programmi tar-radju u t-televiżjoni.

Il-Professur Psaila kien kandidat fl-elezzjonijiet tal-1976, 1987 u 1992, iżda qatt ma kien elett.

Fl-2013 kien ingħata Ġieħ ir-Repubblika.