Inċident tat-traffiku jħalli persuna ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi f’San Ġiljan.
L-inċident seħħ għall-ħabta 3 ta’ wara nofsinhar fi Triq Sant’Andrija hekk kif kien hemm impatt bejn vettura misjuqa minn raġel ta’ 55 sena residenti s-Swieqi u mutur misjuq minn Portugiż ta’ 29 sena.
Mas-sewwieq tal-mutur kien hemm ukoll passiġġiera, Portugiża ta’ 30 sena.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei sabiex jassisti lill-vittma. Il-Portugiża ttieħdet l-isptar għall-iktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>