It-tim nazzjonali Malti, li dalgħodu ħalla pajjiżna b’titjira chartered lejn il-Gżejjer Faroe, kellu jinżel lura fl-Ajruport Internazzjonali Malti kwarta biss wara li ħalla pajjiżna.
Dan hekk kif Net News jinsab infurmat li nqalgħu problemi tekniċi fl-ajruplan, tal-linja tal-ajru Maleth Aero, li nkera apposta biex jieħu lit-tim nazzjonali Malti dirett lejn dawn il-gżejjer għall-ewwel logħba mill-UEFA Nations League.
Dawk kollha abbord intalbu jinżlu minn fuq l-ajruplan, inkluż il-plejers, uffiċjali tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol u xi partitarji. Din hi l-ewwel darba li t-tim nazzjonali Malti kellu titjira chartered organizzata għal vjaġġ ta’ logħba barra minn darna.
Net News issa jinsab infurmat li t-titjira ġiet kanċellata u se jsir attentat ieħor għada biex it-tim nazzjonali Malti jibda l-vjaġġ lejn il-Gżejjer Faroe.
//= $special ?>