Id-diżinjatur Malti-Awstraljan Jason Grech, frisk minn żjara f’pajjiżna fuq stedina biex jesebixxi waqt il-Malta Fashion Week, irritorna lura lejn l-Awstralja fejn nieda l-kollezzjoni ġdida tiegħu ispirata minn Malta.
F’pajjiżna, Grech kien ġie flimkien ma’ ommu Ġemma ta’ 86 sena, biex taha sorpriża hekk kif ma kinitx taf li binha se jesebixxi fil-pajjiż li tant żammet qrib qalbha. Waqt li kienu hawn, Grech esebixxa wkoll libsa bl-arma Tal-Bagri, liema libsa taha b’donazzjoni lill-istess każin.
F’kuntatt ma’ dan is-sit, Grech iddikjara li “ġejt f’Malta għax kont naf kemm kienet tfisser għal ommi, imma kien hawn li kelli konnessjoni qawwija mal-istorja, in-nies u l-pajjiż innifsu. Kienet xi ħaġa li ma stennejtx, imma li impressjonatni.”
Il-kollezzjoni 18/19 ta’ Grech tiffoka b’mod speċjali fuq il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann u kienet imnedija fl-aħħar ħinijiet fil-Melbourne Town Hall. Jispikkaw ukoll is-salib ta’ Malta, l-iskorpjun li wieħed isib fuq l-arma tal-familja Grech u l-kuluri vibranti u dekorazzjonijiet li wieħed isib fil-Kon-Katidral.
Waqt li kienu f’pajjiżna, Net News tkellem kemm ma’ Jason kif ukoll ommu Ġemma:
www.netnews.com.mt/2018/06/04/xewqet-ommi-dejjem-kienet-li-nesebixxi-xoghli-fmalta-id-dizinjatur-jason-grech/
//= $special ?>