Sport Sport Ieħor

Maria Sharapova eliminata mill-Open tal-Istati Uniti

(Ritratt: EPA)

Maria Sharapova kienet eliminata mill-Open tal-Istati Uniti wara li sfat megħluba minn Carla Suarez Navarro 6-3, 6-4. Sharapova rebbieħa tal-2006, qatt ma tilfet logħba filgħaxija fi New York qabel din il-partita. Il-ħames darbiet rebbieħa ta’ Grand Slam pattiet qares għal 38 unforced errors u rebħet anqas minn nofs is-service li kellha filwaqt li għamlet tmien double faults.

“Ma ħadtx l-okkażjonijiet li kelli. Meta qed nitkellem fuq okkażjonijiet, infisser li l-blalen kienu ftit aktar qosra. Bdejt naħsibha biex navvanza. Il-blalen fejn attakkajt għamilt l-iżbalji speċjalment fil-forehands.”

Sharapova tilfet f’siegħa u 31 minuta f’logħba li ntlagħbet f’Artur Ashe Stadium. Għal Suarez Navarro din kienet it-tieni rebħa fil-karriera fuq ir-Russa minn sitt logħbiet. “Maria hi tennista tajba ħafna. Hi waħda mill-aqwa u kuntenta ħafna li għelibtha,” qalet it-tennista Spanjola wara l-logħba.