Mario Galea, kelliem tal-Oppożizzjoni dwar id-drittijiet tal-annimali fost oħrajn, iltaqa mal-Animal Defence League Malta u offra li jkun il-vuċi tagħhom fil-Parlament. Dan wara l-każ ta’ ferħ ta’ qattusa li ġiet imħaġġgra ftit tal-ġimgħat ilu fiz-zona ta’ Għajn Tuffieħa.
Waqt din il-laqgħa Mario Galea qal li jifhem il-frustrazzjoni tal-attivisti u offra l-għajnuna tiegħu billi jagħmel numru ta’ mistoqsijiet parlamentari lill-Ministru tal-Intern meta jerġa jiltaqa’ l-Parlament f’Ottubru.
Hu mistenni jistaqsi kemm-il rapport irċiviet il-pulizija dwar dan il-każ, meta daħlu r-rapporti, kemm tkellmu nies mal-pulizija, kemm ġew interrogati nies b’rabta mal-każ u jekk inġabrux xi filmati minn sistemi tas-CCTV fil-vċinanzi.
L-Animal Defence League bagħtu wkoll ittra lill-Kummissarju tal-pulizija jistaqsu dwar l-iżviluppi f’dan il-każ.
//= $special ?>

