Raġel ta’ 38 sena isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular għall-ħabta tal-11:20am f’San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ hekk kif ir-raġel, Serb li hu residenti San Pawl il-Baħar kien qed jagħmel xi xogħolijiet ta’ kostruzzjoni fi Triq l-Imħar fl-istess lokalità.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei fejn ingħata l-kura għall-feriti li sofra.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>