Sport Sport Ieħor

Roger Federer maħsud u eliminat minn John Millman fl-aħħar 16 tal-Open tal-Istati Uniti

(Ritratt: EPA)
Fil-kwarti tal-finali jilgħab kontra Novak Djokovic

L-Awstraljan John Millman għamel waħda mill-akbar sorpriżi fit-tennis meta għeleb lil Roger Federer fl-aħħar 16 tal-Open tal-Awstralja. Qabel il-partita Millman ftit ingħata ċans, b’ħafna diġà jibnu l-kwarti tal-finali bejn Federer u Novak Djokovic.

It-tennist ta’ 29 sena li qatt ma għeleb xi ħadd mill-ewwel għaxar tennisti, deher li se jkollu anqas ċans li jirbaħ, b’Federer set u break minn fuq kif ukoll kellu żewġ set points. Iżda l-Awstraljan b’xi mod irkupra u rebaħ 3-6, 7-5, 7-6, 7-6.

Filwaqt li Millman ipproduċa waħda mill-aqwa prestazzjonijiet fil-karriera tiegħu, Federer kellu waħda mill-agħar prestazzjonijiet tiegħu fejn fosthom għamel 76 unforced errors. Din kienet l-aktar telfa kmieni ta’ Federer fi Grand Slam mill-Open tal-Awstralja tal-2015 u kienet l-ewwel darba li tilef kontra tennist b’ranking barra mill-ewwel 50 fi New York.

Federer bata fl-ewwel partijiet tal-logħba kontra Nick Kyrgios iżda rnexxielu jirkupra, madankollu kontra Millman ma setax isib il-logħba tipika tiegħu. Is-service speċjalment ma kienx tajjeb fl-ewwel żewġ sets tant li fit-tieni logħba tat-tieni set kellu seba’ break point u għamel biss erba’ mit-22 service li kellu iżda b’xi mod baqa’ hemm.

F’mument minnhom Federer ken set u 5-4 minn fuq b’żewġ set points meta kellu s-service, u eher li kien każ li jibda t-triq biex jagħlaq il-logħba. Iżda hu tilef il-vantaġġ li kellu meta għamel double fault u ta l-break lura lil Millman. Żewġ logħbiet wara, Federer kellu set point kontrih u spiċċa biex tilfu wara backhand ħażina.

Il-kunfidenza fl-Awstraljan bdiet tikber u kieku s-service tal-20 darba rebbieħ ta’ Grand Slam ma tjiebx, probabbli kien jitlef it-tielet set qabel it-tie-break. Millman tilef set point iżda b’sensiela ta’ forehands kiseb set point ieħor u sforza lil Federer fi żball ieħor.

Fir-raba’ set, Federer kellu vantaġġ ta’ 4-2 iżda aktar żbalji wasslu biex tilef il-vantaġġ bis-set imur għat-tie-break. Double faults konsekuttivi poġġewh f’sitwazzjoni skomda, bl-Awstraljan jagħlaq il-logħba għal rebħa memorabbli. Mal-aħħar tmienja se jkun hu li jipprova jerġa’ jissorprendi b’konfront kontra Novak Djokovic.