Lokali

Tallaba jorqdu fuq l-għetiebi tal-istabbilimenti f’Paceville

Fl-aħħar ġimgħat numru ta’ tallaba ta’ nazzjonalità barranija qed jiddominaw Paceville, ftit passi bogħod miċ-ċentru tad-divertiment f’pajjiżna.

Persuni li bagħtulna sensiela ta’ ritratt spjegaw kif dawn it-tallaba qed javviċinaw lin-nies, jitolbuhom il-flus b’tazza f’idejhom. Iktar tard, l-istess persuni ntlemħu fuq l-għetiebi ta’ stabbilimenti li kienu magħluqa.

Ir-ritratti juru wieħed minn dawn it-tallaba rieqed fuq għatba ta’ stabbiliment fi Triq Wilġa. Maġenbu, it-tazza li normalment juża biex jittallab il-flus.