Ambjent Lokali Transport

Żieda qawwija ta’ emissjonijiet CO2 fl-2016

Malta bl-ogħla żieda ta' emissjonijiet fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea

Ċifri li ħarġu mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fl-2016 Malta rat żieda ta’ 18% f’emissjoniet ta’ CO2. Dan minkejja l-isforzi tal-Unjoni Ewropea li jitnaqqsu dawn l-emissjonijiet fost il-pajjiżi tal-bloc.

Rapport tal-Eurostat tal-2017 jikkonferma dan il-fatt u jpoġġi ‘l pajjiżna fl-ewwel post fost dawk li l-aktar qed jipproduċu dawn l-emissijonijet, b’żieda ta’ kważi 13% fl-2017 fuq is-sena ta’ qabel.

Mill-gassijiet serra emessi fl-2016, is-CO2 kien jifform 98%.

Mill-istess statistika tal-NSO jirriżulta li fl-2016 kien hemm żieda ta’ 33 vettura kuljum, b’iktar minn nofs il-vetturi reġistrati ikunu vetturi ‘użati’. Fl-istes sena għal kull 1000 persuna kien hemm 780 vettura reġistrata.

Filwaqt li n-numru ta’ inċidenti rrappurtati fl-2016 naqsu, in-numru ta’ fatalitajiet żiedu bi ftit iktar minn 8%. Dawn kienu 11-il sewwieq, 3 passiġġieri, 8 persuni li ttajru u ċiklist.

L-istess rapport jgħid li filwaqt li n-numru ta’ passiġġieri li għaddew mill-ajruport nazzjonali, dawk li mbarkaw u żbarkaw f’pajjiżna naqsu b’20% u 17% rispettivament.