10 persuni, kollha ta’ nazzjonalità Rumena, ġew arrestati mill-Pulizija b’rabta ma’ attività ta’ logħob tal-azzard li kienu qed jipparteċipaw fha.
Kien NET News li żvela li grupp ta’ persuni mil-Lvant tal-Ewropa bdew jidhru max-xatt ta’ San Pawl il-Baħar iqarrqu n-nies b’logħob tal-azzard illegali, b’mod speċjali bl-hekk imsejħa Cups and Ball Magic Trick.
L-arresti saru wara li l-Pulizija ġiet infurmata li fejn id-daħla tal-Belt kien hemm xi persuni li kienu qed jilgħabu logħob tal-azzard.
Meta l-Pulizija marru fuq il-post irriżultalhom li kien hemm żewġ persuni li kienu involuti f’dan il-logħob. Minn investigazzjonijiet u tfittxijiet ulterjuri li saru, ġew identifikati tmien persuni oħra li allegatament kellhom x’jaqsmu f’din l-attività.
Il-Pulizija qalet li l-għaxar persuni arrestati ttieħdu l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija sabiex jgħinu fl-investigazzjonijiet.
Issa, NET News qed jiżvela ritratt tar-raġel li allegatament imexxi l-grupp ta’ persuni involuti f’dan iċ-ċirku ta’ attività kriminali.
Il-logħob tal-azzard magħruf bħala Cups and Ball Magic Trick jikkonsisti fi grupp ta’ persuni mifthema bejniethom li jippruvaw jikkonvinċi lil oħrajn biex joħorġu karta tal-ħamsin Ewro u jieħdu dak kollu milgħub jekk jaqtgħu fejn ikun il-ballun moħbi taħt waħda mit-tazzi.
Biex iħajru iktar lil dak li jkun, persuni oħra miftehma mal-lagħba wkoll jibdew joħorġu ammonti ta’ flus biex b’hekk is-somma li tista’ tintrebaħ tkun waħda kbira u tattira iktar l-interess.
//= $special ?>Logħob tal-azzard f’Buġibba – jaħarbu immedjatament malli sar rapport lill-Pulizija