Lokali

FUQ IL-FRONT TAL-GŻIRA: “Il-bankijiet mimlijin nies reqdin barra”

Serje ta' ritratti li ddominaw il-media soċjali kmieni dalgħodu

Ta’ kuljum ix-xatt tal-Gżira qed jinbidel f’post li fih diversi persuni jsibu kenn għal-lejl, partikolarment dwak li m’għandhomx saqaf fuq rashom. Net News illum irċieva serje ta’ ritratti illi juru persuni reqdin fuq bankijiet fil-Gżira. Persuni li tkellmu magħana qalulna li din hi sitwazzjoni li qed jesperjenzaw regolarment. “Il-bankijiet dejjem bin-nies reqdin saru”, qaltilna residenta mill-Gżira li xtaqet tibqa’ anonima.

Jidher li l-Pulizija tad-Distrett u dawk tal-RIU huma konxji minn dan il-fenomenu ġdid, iżda mhux ilaħħqu mad-domanda kbira li qed ikun hemm u sejħiet li qed jidħlu fl-għases.

Diversi Supretendenti qed jitolbu aktar riżorsi u aktar kuntistabbli sabiex ikunu jistgħu jindirizzaw l-isfidi soċjali ġodda, inkluż dawk ta’ persuni reqdin barra fit-triq.

Każ separat ta’ nies reqdin barra hu dak li ġie dokumentat b’ritratt illi ittieħed din il-ġimgħa fi Pjazza Tritoni, fid-daħla tal-kapitali.