Lokali

Raġel jorqod fuq bank – ix-xena għat-turisti fil-promenade ta’ Buġibba

L-aħħar jiem offrew xena xejn pjaċevoli matul il-promenade ta’ Buġibba, hekk kif dan is-sit irċieva diversi ritratti li juru raġel li ta’ kuljum qed jorqod fuq bank.

Dawk li tkellmu magħna spjegaw kif dan ir-raġel m’għandux fejn jorqod, tant li għamel dan il-bank bħallikieku r-residenza tiegħu, tant li min jgħaddi miż-żona jinnutah lejl u nhar.

Liebes ġakketta ħoxna u b’kappell iswed, Net News jinsab infurmat li saru rapporti dwar dan il-każ.