Lokali

Tmien persuni arrestati wara qabda ta’ droga

Il-Pulizija qed iżżomm taħt arrest tmien persuni wara sejba ta’ ammont ta’ droga f’Bormla.

Kien ilbieraħ filgħodu li l-Pulizija bdiet sensiela ta’ rejds f’Bormla kemm fi Triq Santu Rokku u anke fil-Pjazza tal-istess lokalità.

Kien wara jiem ta’ osservazzjoni, li Pulizija ta’ kontra d-Droga, dawk mill-Ispecial Intervention Unit u anke mis-sezzjoni tal-klieb deheru jidħlu f’diversi residenzi fejn saru s-sejbiet.

Il-persuni arrestati kienu 6 irġiel u żewġ nisa li l-eta tagħhom tvarja bejn is-sbatax u t-43 sena. Dawk arrestati huma minn Bormla, Ħal Qormi u anke x-Xgħajra.

Waqt ir-rejds ġew elevati 115-il qartas b’sustanzi allegatamenti kokaina, crack, u eroina lesta biex tiġi traffikata. Ġew konfiskati wkoll mwieżen elettroniċi u oġġetti oħra li jintużaw fl-abbuż u l-bejgħ tal-istess sustanza.

F’waħda mir-residenzi instabu wkoll moħbija madwar €20,000 fi flus kontanti.

Bil-każ kien infurmat il-maġistrat tal-Għassa Aaron Bugeja li ħatar diversi esperti biex

jgħinuh fl-inkjesta filwaqt li dawk arrestati għadhom qed jgħinu fl-investigazzjonijiet.