Lokali

FILMAT: Dniefel joffru spettaklu ‘l barra minn Marsaskala

Xena spettakolari ‘l barra minn Marsaskala hekk kif grupp ta’ dniefel offrew spettaklu lil żewġ żgħażagħ li kienu fl-inħawi qrib il-fish farms fiż-żona.

Fil-filmat jidhru d-dniefel jfiġġu fil-wiċċ waħda waħda, sakemm finalment tlieta minnhom jitilgħu fil-wiċċ ftit metri biss bogħod minn Beverly u s-sieħeb tagħha Nathaniel li kienu qed jiġbdu l-filmat.

Ritratt u filmat: Beverley Baldacchino