Lokali

FILMAT: Fekruna tal-baħar oħra salvata mill-Maltin

Fekruna tal-baħar oħra kienet fortunata li sabet lil familja, li waqt dawra bid-dgħajsa tellawha mill-baħar biex qatgħu minn madwarha l-ħbula u l-biċċiet tal-plastik.

Kif jidher fil-filmat, il-fekruna kellha biċċiet tax-xbiek issikkati ma’ idejha, ħbula maqbudin f’ħalqha u wkoll flixkun tal-plastik li kien qed jagħmilha diffiċli għaliha li tgħum.

Fortunatament, George u Maria Spiteri nzertaw indunaw biha u salvawha, ħelsuha mill-irbit u telquha lura fil-baħar.