Għawdex Lokali

Imut il-President tal-Gozo Business Chamber

Grech kien persuna sinonima mal-Grupp tal-Iscouts

Kienet bħal sajjetta fil-bnazzi l-aħbar tal-mewt ta’ Joseph G. Grech, il-President tal-Kamra tal-Kummerċ t’Għawdex. Hu kellu 78 sena.

Grecch ilu jmexxi l-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija sa mill-2016, iżda qabel kien fil-kariga ta’ Kap Eżekuttiv – kariga li kien ilu fiha sa mit-twaqqif tal-Kamra fl-1999.

Fir-rwol tiegħu bħala President, Grech kien f’numru ta’ kumitati fosthom l-MCESD, il-Kunsill Konsultattiv tal-Intrapriżi, kif ukoll il-MEUSAC.

Barra mit-tmexxija tal-Kamra tal-Kummerċ, Joseph G. Grech kien ukoll Kap Kummissarju tal-iScouts.