Raġel li jisħaq li ilu erba’ snin mingħajr saqaf fuq rasu, dalgħodu sebaħ fuq l-għatba taċ-ċentru tal-informazzjoni għat-turisti fil-Pjazza tat-Tokk, fir-Rabat, Għawdex.
Net News għamel riċerka dwar dan ir-raġel Malti, li jidher li qed ifittex ix-xogħol biex ikun jista’ jmantni lilu nnifsu. Minkejja l-isforzi tiegħu, kondotta maħmuġa minħabba każ li tiegħu nstab ħati fil-passat qed twassal biex isibha diffiċli li jaħdem.
Mill-informazzjoni li ksibna, jidher li r-raġel tela’ Għawdex biex jitkellem mal-Ministru Justyne Caruana u jitlobha tgħinu jsib xogħol. Madankollu, waqt li r-raġel għadu jistenna telefonata mill-Ministeru, ta’ kuljum qed jidher bil-kutri miegħu rieqed f’xi parti jew oħra ta’ Għawdex.
//= $special ?>