Kmieni dalgħodu, raġel Libjan instab mejjet mill-Pulizija f’kontejner. Is-sejba saret f’Ħal Far, għall-ħabta tas-6:15am.
Net News hu nfurmat li l-kontejner kien jinsab f’fabbrika.
Hu ġie ċertifikat mejjet fil-post. Il-vittma instab bi ġrieħi f’rasu, fejn kollox qed jindika li l-mewt tiegħu kienet ikkawżata minn waqgħa.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta li qed titmexxa mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras.
//= $special ?>