Lokali

Libjan jinstab mejjet f’kontejner f’Ħal Far

Il-vittma kellu 51 sena

Kmieni dalgħodu, raġel Libjan instab mejjet mill-Pulizija f’kontejner. Is-sejba saret f’Ħal Far, għall-ħabta tas-6:15am.

Net News hu nfurmat li l-kontejner kien jinsab f’fabbrika.

Hu ġie ċertifikat mejjet fil-post. Il-vittma instab bi ġrieħi f’rasu, fejn kollox qed jindika li l-mewt tiegħu kienet ikkawżata minn waqgħa.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta li qed titmexxa mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras.