Internazzjonali

Terremot fatali fil-Ġappun

Ftit mill-ħerba f'Hokkaido.

Il-gżira Ġappuniża ta’ Hokkaido ntlaqtet minn terremot qawwi li wassal biex madwar għaxar persuni jitilfu ħajjithom. Terremot li kellu l-qawwa ta’ 6.7 fuq l-Iskala Richter.

Mhux qed ikun eskluż li l-vittmi jiżdiedu peress li hemm aktar minn 40 persuna rappurtati nieqsa dan hekk kif it-theżżiż ikkawża valangi li kaxkru djar magħhom.

Terremot li seħħ wara li ftit ġranet ilu l-Punent tal-Ġappun intlaqat mill-aktar maltempata qawwija f’dawn l-aħħar 25 sena, it-Tifun Jebi li ħalla għaxar persuni mejta.
It-terremot kellu l-epiċentru tiegħu 62 kilometru mill-belt ta’ Sapporo.