L-eks Segretarju tal-Affarijiet Barranin Ingliż u eks Sindku ta’ Londra, Boris Johnson, u martu Marina Wheeler ħabbru li kienu se jiddivorżjaw.
Huma konfermaw dan wara li l-ġurnal Ingliż The Sun ħareġ bl-aħbar u kien allegat li Johnson kien qed ikollu relazzjoni ma’ mara oħra. Johnson kien telaq mill-Kabinett Ingliż f’Lulju wara nuqqas ta’ qbil mal-Prim Ministru Theresa May dwar il-Brexit. Hu kien wieħed mill-ilħna ewlenin fil-kampanja favur il-Brexit fir-referendum tal-2016.
Il-koppja kienu ilhom miżżewġin 25 sena u fi stqarrija li ħarġu qalu li d-deċiżjoni kienet ittieħdet ftit xhur ilu.
Wheeler hi avukat u l-koppja kellhom erbgħat itfal Lara Lettice, Milo Arthur, Cassia Peaches u Theodore Apollo.
Boris Johnson se jiddivorżja


