GŻEJJER FAROE………. 3
MALTA…………………….. 1
Gżejjer Faroe: G. Nielsen, G. Vatnhamar, A. Gregersen, S. Nattestad, V. Davidsen, S. Vatnhamar (R. Baldvinsson 90’), R. Joensen, H. Hansson, G. Rolantsson (K. Leo Bartalsstovu 81’), B. Hendriksson (F. Justinussen 86’), J. Simun Edmundsson
Malta: A. Hogg, J. Mbong, S. Borg, A. Agius, Z. Muscat (J.P. Farrugia 73’), J. Zerafa, R. Muscat (S. Pisani 60’), P. Fenech, A. Effiong (A. Cohen 84’), A. Schembri, M. Mifsud
Imwissija: G. Vatnhamar 22’ (G), A. Effiong 44’, S. Borg 53’, Z. Muscat 59’, J. Zerafa 68’, A. Cohen 87’ (M)
Skorjaw: J. Simun Edmundsson 31’, R. Joensen 38’, H. Hansson 51’ (G), M. Mifsud 42’ (M)
Referee: Ville Nevalainen (Finlandja)
Assistenti Referees: Jan-Peter Aravirta (Finlandja), Mika Lamppu (Finlandja)
Assistenti Referees Addizjonali: Petri Viljanen (Finlandja), Dennis Antamo (Finlandja)
It-tim nazzjonali Malti fetaħ l-impenji tiegħu f’Diviżjoni D Grupp 3 tal-UEFA Nations League b’telfa ta’ 3-1 kontra l-Gżejjer Faroe f’logħba li ntlagħbet f’Torshavn. Dan kien id-debutt kompetittiv ta’ Ray Farrugia fit-tmexxija tat-tim nazzjonali.
Il-kowċ Malti ħareġ b’sistema flessibbli ta’ 3-5-2 li xi kultant tinbidel f’5-3-2 u fl-ewwel nofs siegħa tal-logħba t-tim Malti beda jipprova joħroġ bil-ballun mid-difiża filwaqt li jwaqqaf l-attakki tal-avversarji. Kien gowl li seta’ ġie evitat faċilment li witta t-triq għal telfa tat-tim Malti.
Il-Gżejjer Faroe fetħu l-iskor fil-31 minuta meta Joseph Zerafa qassam ħażin għan-nofs, bil-plejer offensiv JOAN SIMUN EDMUNDSSON jieħu vantaġġ minn dan l-iżball, avvanza u għeleb lil Andrew Hogg, li kien ħareġ biex jipprova jagħlaq l-ispazju.
L-iskor sar 2-0 seba’ minuti wara meta minn kontrattakk, Rene Joensen dab spazju fuq in-naħa leminija tal-attakk, ġibed il-ballun fuq ix-xellug u dar ma’ Steve Borg qabel għeleb lil Hogg. Reazzjoni tajba mit-tim Malti li tliet minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima naqqas id-distakk. Kien kross perfett ta’ Andrè Schembri li sab lil MICHAEL MIFSUD li kkontrolla b’mod brillanti u għeleb lil Gunnar Nielsen.
Iżda fil-51 minuta l-Gżejjer Faroe reġgħet irduppjat il-vantaġġ. Id-difiża Maltija naqset li tbiegħed il-periklu mill-kaxxa l-kbira, b’HALLUR HANSSON jirċievi kross fil-baxx, ikkontrolla u b’xutt għar-rokna tax-xibka ma ta l-ebda ċans lit-tim Malti.
It-tim Malti prova jwettaq reazzjoni biex jibqa’ fil-logħba, iżda aktar ma beda jgħaddi l-ħin aktar bdiet tonqos it-tama, bil-plejers tal-Gżejjer Faroe jikkontrollaw sat-tmiem.
//= $special ?>