Kunsilli Lokali Lokali

Gvern Laburista ma jinteressahx mill-Kunsilli Lokali

Dimostrazzjoni oħra li l-Gvern Laburista ma jimpurtahx mill-Kunsilli Lokali u li l-Kunsillieri eletti f’ismu saħansitra jaqblu miegħu billi jivvutaw favur trattament simili. Dan kollu ġara waqt laqgħa tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra Għawdex li saret fit-13 ta’ Awwissu, fejn il-maġġoranza Laburista li tmexxih ivvutat kontra mozzjoni mressqa minn Kevin Cutajar u Anthony Attard, ir-rappreżentanti Nazzjonalisti fi ħdan l-istess Kunsill.

Il-mozzjoni kienet titratta talba għal no objectionġenerali li l-Building Regulation Offiċe (l-Uffiċċju Governattiv responsabbli minn siti fejn ikun qed isir bini) ressaq mingħajr ebda konsultazzjoni sabiex jiġu indirizzati każijiet fejn bankini jiġu ingumbrati waqt li jkun għaddej xogħol ta’ bini. It-talba ta’ dan l-uffiċċju kienet sabiex f’każijiet simili, l-Kunsill ma joġġezzjona bl-ebda mod li ssir bankina proviżorja ‘l barra għal ġot-triq.

F’laqgħa li saret fis-16 ta’ Lulju, l-Kunsillieri kollha Xagħrin inklużi l-Kunsillieri tal-Partit Laburista, ma kienux qablu ma’ din it-talba ġenerali minħabba diversi fatturi fosthom l-perikli marbuta magħha u l-Kunsill kien staqsa għal gwida mill-Assoċazzjoni tal-Kunsilli Lokali, li min-naħa tagħha kienet irrispondiet li għadha għaddejha bit-taħdidiet mal-awtoritajiet.

Madanakollu, jidher li uffiċjali Governattivi injoraw il-pożizjoni tal-Kunsill u saħansitra għeddew lil sidien ta’ siti ta’ bini fix-Xagħra, b’infurzar u multi f’każ li bankina proviżorja ma jagħmlux.

Il-mozzjoni tal-Kunsillieri Nazzjonalisti KevinCutajar u Anthony Attard kienet titlob biex il-Kunsill jikkundanna l-aġir ta’ dawn l-uffiċċjali. Il-mozzjoni kienet ukoll tħeġġeġlill-awtoritajiet jieqfu bit-theddid lil sidien ta’ siti tal-bini u sabiex issir konsultazzjoni mal-Kunsill u b’hekk tinstab soluzzjoni studjata li takkomoda lis-sidienta’ siti fejn isir bini u lill-pubbliku inġenerali u li tkun nieqsa kemm jista’ jkun mill-perikli.

Minkejja li din il-mozzjoni ma ġietxapprovata mill-maġġoranza Laburista li tmexxi l-Kunsill Lokali tax-Xagħra, l-Kunsillieri Nazzjonalisti KevinCutajar u Anthony Attard se jkomplu jinsistu sabiex il-Gvern Laburista u l-entitajiet tiegħu ma jibqgħux jimponul-pożizzjonijiet tagħhom meħuda bla konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali tax-Xagħra bħal ma ġara f’din iċ-ċirkostanza, għaliex il-Kunsill hu l-organu rappreżentattiv tal-lokalità, elett mir-residenti u jixraqlu aktar rispett.