Malta lbieraħ fakket Jum il-Vitorja f’ċerimonja fil-Belt Valletta li għaliha attendew il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, il-Viċi Prim Minitstur Chris Fearne, u d-Deputat Speaker Claudtte Buttigieg.
Id-diskors tal-okkażjoni sar mill-Professur Ray Mangion li qal illi l-kostituzzjoni Maltija għandha ftit aktar minn ħamsin sena, u li fl-aħħar snin kellna għadd ta’ realtajiet li talbu minna l-ħtieġa li ssir reviżjoni sostanzjali u mill-qiegħ tal-ogħla sistema legali.
Fil-fatt l-amministrazzjoni ressqet lista ta’ abbozzi ta’ statuti li ladarba jkunu approvati jkunu mhux biss il-mera iżda wkoll il-profili tal-modifika neċessarja “li konna qegħdin nitolbu mill-istituzzjonijiet fl-era tax-xjenza u tat-teknoloġija tal-kompjuter”.
Hu saħaq li għandu jkun installat makkinarju awto-implimentattiv fil-kostituzzjoni li jassigura li membru fil-Parlament jew kariga għolja fis-servizz ċivili jkun sospiż jekk ikun hemm każ ta’ korruzzjoni skont kriterji speċifiċi.
Sostna li jiddispjaċina li qegħdin niġġustifikaw bla riservi, l-għemejjel tagħna fejn jidħol it-tkattir tal-ġid b’rebgħa sfrenata u kilba bla rażan għall-flus akkost li li nistupraw in-natura u l-ħolqien.
Fl-aħħar taċ-ċerimonja tpoġġew kuruni ta’ fjuri mill-awtoritajiet preżenti fosthom mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kif ukoll mis-Segretarju Generali Clyde Puli f’isem il-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>