Mhux magħrufa l-kundizzjoni ta’ persuna li kienet involuta f’inċident ikrah li seħħ qrib iċ-ċimiterju tal-Addolorata.
L-inċident seħħ filgħodu fi Vjal Santa Luċija, liema triq tagħmel ma’ Raħal Ġdid.
Fl-inċident kienu involuti żewġ karozzi – waħda tat-tip BMW misjuqa minn raġel ta’ 30 sena minn Marsascala u karozza oħra tat-tip Peugeot li NET News jinsab infurmat li fl-inċident spiċċat inqalbet dawra sħiħa sakemm reġgħet ġiet fuq ir-roti.
Filwaqt li s-sewwieq tal-Peugeot ittieħed l-isptar għall-kura, is-sewwieq tal-karozza BMW ma weġġgħax.