Sport Sport Ieħor

RITRATTI: Bormla jiddominaw u jwaqqfu rekord fir-Regatta ta’ Jum il-Vitorja

(Ritratt: Matthew Tabone)

Id-distrett ta’ Bormla rebaħ ix-Shield għad-19-il darba fl-istorja tiegħu wara li ddomina r-regatta ta’ Jum il-Vitorja bir-rebħ tal-ħames tiġrijiet tal-kategorija Open, il-ħames tiġrijiet tal-kategorija B kif ukoll it-tiġrija tan-nisa flimkien ma’ Kalkara li saret għall-ewwel darba wara kważi ta’ 40 sena.

Dan kien rekord għal klabb lokali li fl-istorja ħadd qatt ma rebaħ it-tiġrijiet kollha tal-programm. Bormla waqqfu wkoll rekord minħabba li saru l-ewwel klabb li rebaħ il-ħames tiġrijiet ta’ Kategorija B. B’hekk huma ċċelebraw ir-rebħ tax-shield fil-50 sena anniversarju mir-rebħ tal-ewwel shield.

Riżultati kollha

Kategorija Open

It-tieni tiġrija – Dgħajjes A tal-Midalji – 1. Bormla, 2. Senglea, 3. Birżebbuġa – Ekwipaġġ rebbieħ: Kieran Zammit, Clive Casha, Dennis Thornton, Jurgen Camilleri (4 minuti 52 sekonda)

L-erba’ tiġrija – Frejgatini – 1. Bormla, 2. Marsa, 3. Birżebbuġa – Ekwipaġġ rebbieħ: Kieran Zammit, George Frendo, Rian Aquilina Sapiot (7 minuti 12-il sekonda)

Is-sitt tiġrija – Dgħajjes Ċ tal-Pass – 1. Bormla, 2. Marsamxett, 3. Senglea – Ekwipaġġ rebbieħ: Clive Casha, Dennis Thornton (5 minuti 52 sekonda)

It-tmien tiġrija – Kajjiki – 1. Bormla, 2. Birżebbuġa, 3. Marsa – Ekwipaġġ rebbieħ: Maximilian Mamo, Romario Brignone (6 minuti 38 sekonda)

L-għaxar tiġrija – Dgħajjes B tal-Pass – 1. Bormla, 2. Marsa, 3. Birżebbuġa – Ekwipaġġ rebbieħ: George Frendo, Clive Casha, Dennis Thornton, Jurgen Camilleri (5 minuti 36 sekonda)

Klassifika finali – Bormla 88 punt , Marsa 28 punt , Birżebbuġa 26 punt , Senglea 18-il punt , Marsamxett 12-il punt , Birgu 0 punti , Marsa 0 punti

 

Kategorija B

L-ewwel tiġrija – Dgħajjes Ċ tal-Pass – 1. Bormla, 2. Senglea, 3. Birżebbuġa – Ekwipaġġ rebbieħ: Ian Attard, Cleaven Falzon (5 minuti 20 sekonda)

It-tielet tiġrija – Kajjiki – 1. Bormla, 2. Senglea, 3. Kalkara – Ekwipaġġ rebbieħ: Romario Brignone, Antoine Brignone (6 minuti 52 sekonda)

Il-ħames tiġrija – Dgħajjes B tal-Midalji – 1.Bormla, 2. Senglea, 3. Birgu – Ekwipaġġ rebbieħ: Clyde Mizzi, Ian Attard, Cleaven Falzon, Clyde Aquilina (5 minuti 3 sekondi)

Is-seba’ tiġrija – Frejgatini – 1. Bormla, 2. Birgu, 3. Birżebbuġa – Ekwipaġġ rebbieħ: Clyde Mizzi, Ian Attard, Kaden Mifsud (7 minuti 26 sekonda)

Id-disa’ tiġrija – Dgħajjes B tal-Pass – 1. Bormla, 2. Senglea, 3. Birżebbuġa – Ekwipaġġ rebbieħ: Owen Camilleri, Antoine Brignone, Cleaven Falzon, Romario Brignone (5 minuta 15-il sekonda)

Klassifika Finali ta’ Kategorija B – Bormla 88 punt , Senglea 48 punt , Birżebbuġa 18-il punt , Birgu 14-il punt , Kalkara 4 punti , Marsa 0 punti , Marsamxett 0 punti

(Ritratti: Matthew Tabone)

Tags