Il-poplu fl-Iżvezja, għada, jivvota f’waħda mill-aktar elezzjonijiet kruċjali fl-istorja moderna ta’ pajjiżu u meta l-Prim Ministru Żvediż, Stefan Lofven, qed iwissi dwar il-perikli tal-faxxiżmu u l-estremiżmu.
L-indikazzjonijiet huma li la s-Soċjali Demokratiċi ( taċ-ċentru-xellug) ta’ Lofven u lanqas il-partit taċ-ċentru-lemin ewlieni fl-Iżvezja mhuma se jirbħu maġġoranza f’din l-elezzjoni.
Intant, il-Partit tal-Iżvezja Demokratika, li hu entità politika radikali li qed tmexxi l-kampanji għal kontra l-immigrazzjoni, mistenni jikseb madwar 20 fil-mija tal-voti fl-elezzjoni ta għada. Riżultat bħal dan għandu effettivament jikkonfermah bħala t-tieni l-aktar partit b’saħħtu fl-Iżvezja.
Min-naħa tiegħu, Lofven qed jisħaq li vot lil dan il-partit ‘għandu jkun wieħed kontro-produttiv u perikoluż’, meta l-immigrazzjoni, bla dubju, kienet l-aktar issue polemikuża u sinifikanti waqt l-aħħar kampanji elettorali f’dan l-Istat Skandinav.
L-elezzjoni fl-Iżvezja tista’ tħalli impatt sostanzjali għall-kumplament tal-Unjoni Ewropea u qed tkun segwita bir-reqqa mill-awtoritajiet fl-Istati l-oħra fl-Ewropa
//= $special ?>

