Il-klabb tar-Regatta ta’ Bormla rebaħ ix-Shield ta’ Jum il-Vitorja għad-19-il darba fl-istorja wara li ddomina ż-żewġ Kategoriji Open u B bir-rebħ tal-għaxar tiġrijiet kif ukoll dik tan-nisa flimkien ma’ Kalkara. Wara l-preżentazzjoni uffiċjali, Net Sports tkellem mal-President tal-klabb Evan Buttigieg dwar dan is-suċċess kif ukoll mal-erba’ qaddiefa Dennis Thornton, Clive Casha, George Frendo, Jurgen Camilleri li rebħu l-aħħar tiġrija dik tal-Pass b’erba’ imqadef .
//= $special ?>FILMAT: Armajna kull dgħajsa possibbli l-aħjar li stajna biex noħduhom il-ħdax – Evan Buttigieg President Bormla
9 ta' Settembru 2018