Ħanut fil-Ħamrun reġa’ spiċċa fil-mira tal-ħallelin li faqgħu il-bieb tal-ħġieġ tal-ħanut biex serqu inqas minn €100.
Is-serqa seħħ f’ħanut tal-ħwejjeġ li jinsab fi Triq il-Kbira San Ġużepp u l-Pulizija qalet lil NET News li huma ġew infurmati bis-serqa għall-ħabta tas-7 neqsin kwart ta’ filgħodu.
Apparti Pulizija, fuq il-post marru uffiċjali mit-Taqsima tal-Forensika biex jelevaw kull evidenza li tista’ tgħin fl-investigazzjonijiet.
Is-sidien tal-ħanut, li tkellmu ma’ NET News fissru kif din hija serqa oħra wara li fix-xhur li għaddew, l-istess ħanut reġa’ kien fil-mira tal-ħallelin.
Filfatt kien April li għadda meta l-ħanut kien fil-mira ta’ serqa oħra meta dakinhar kienu nsterqu madwar €150.
//= $special ?>It-tieni serqa fi ftit jiem minn ħanut ieħor propjetà tal-istess sidien fil-Ħamrun