Numru ta’ studenti barranin li suppost jinsabu Malta jistudjaw jew isegwu xi kors fl-Amerikan University of Malta, jirriżulta li ħarbu minn pajjiżna u huma unaccounted for. Żvelat dan il-gazzetta il-mument.
Jirriżulta li numru ta’ studenti barranin minn ċerti pajjiżi li biex jidħlu fl-Ewropa jkollhom bżonn li tinħarġilhom VISA, użaw il-mekkaniżmi tal-Amerikan University of Malta stabbilita f’Bormla, biex daħlu f’pajjiżna u darba rnexxielhom jagħmlu dan, sparixxew minn artna.
Minn informazzjoni li għandu il-mument jirriżulta li fix-xhur li għaddew kienet storja repetittiva ta’ studenti minn ċerti pajjiżi li applikaw biex suppost isegwu xi kors fl-American University of Malta.
Naturalment biex dawn l-istudenti setgħu jkunu aċċettati mill-American University of Malta kellha tinħarġilhom VISA biex huma jkunu jistgħu jidħlu ġo pajjiżna.
Għal ċertu korsijiet il-ħlasijiet huma tassew baxxi fis-sens li student jintalab iħallas €14,500, iżda mbagħad nofshom ikunu rifużi lilu mill-ġdid bħala Scholarship Award. Għalhekk fl-ewwel sena tal-kors student jispiċċa jintalab iħallas biss €7,250.
Barra minn hekk, student ma jintalabx iħallas il-flus kollha dovuti minnu, iżda parti, bil-kumplament imbagħad iħallashom darba jibda l-kors.
Dan qed iwassal biex barranin li jkunu jridu jaħarbu minn pajjiżhom japplikaw biex taparsi jsegwu kors fl-American University of Malta, imbagħad darba jinħarġulhom id-dokumenti kollha meħtieġa jivvjaġġaw lejn Malta u minn hawnhekk jivvjaġġaw lejn pajjiż ieħor u jispiċċaw unaccounted for.
il-mument jista’ jkompli jiżvela li hemm għadd ta’ studenti li suppost qed jattendu fl-American University of Malta f’Bormla iżda ħarbu minn pajjiżna.
//= $special ?>