Lokali

Aktar tħarbit fil-provvista tal-ilma fin-nofsinhar ta’ Malta

Stqarrija maħruġa mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qalet li huwa mistenni aktar qtugħ fil-provvista tal-ilma fl-inħawi tal-Kottonera, il-Kalkara, Ħaż-Żabbar, ix-Xgħajra u Marsascala fis-sigħat li ġejjin.

Dan wara li żviluppaw ħsarat f’punt kruċjali tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma.

Din l-istqarrija ħarġet wara li fl-aħħar sigħat zoni fin-nofsinhar tal-pajjiż esperjenzaw pressa baxxa tal-ilma.

Il-Korporazzjoni qalet li ħaddiema tagħha qed jagħmlu dak kollu possibbli sabiex jiġi rrestawrat is-servizz fl-inqas ħin possibbli