Lokali

FILMAT: Ġlieda bil-għodda fil-bypass

Ġlieda fil-by-pass ta’ bejn Santa Venera u l-Marsa ġibdet l-attenzjoni ta’ bosta f’ħin li kien hemm konġestjoni tat-traffiku fl-istess triq.

Nies li bgħatulna l-filmat qalulna li fil-ġenb tal-bypass raw ġlieda li fost it-tgħajjir verbali żviluppat għal ġlieda bl-għodda tal-kostruzzjoni. Din il-ġlieda ġibdet l-attenzjoni ta’ dawk kollha li kienu qed jagħmlu użu mill-bypass.

Kelliema għall-pulizija qalulna li kien ftit wara li bdiet il-ġlieda li ġew imsejħa biex jintervjenu.